
Televiżjoni u Radju




Ara: L-iskola Abram Gatt u Ray Axisa f’ ‘X’sar minnhom?’ illejla
Matul is-seba’ programm mill-iskeda, illejla ‘X’sar minnhom?’ se jkollu lill-kantant Ray Axisa bħala l-mistieden ewlieni.
Għalkemm is-Sur Axisa għandu aktar minn 40 kanzunetta, jibqa’ magħruf l-aktar mal-pubbliku għall-kanzunetta ‘Għadna Żgħar’. Liema kanzunetta, kantaha meta kellu biss 15-il sena.
Illejla wkoll, fit-tieni parti tal-programm, tingħata ħarsa lejn l-iskola Abram Gatt fil-Kalkara li għandha veduta mill-isbaħ tal-Port il-Kbir u li fost l-oħrajn serviet bħala skola tas-snajja’.
‘X’sar minnhom?’ jixxandar illejla fl-10.05pm fuq TVM.




