Eurovision
Ara: L-iskola medja tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Regina tirbaħ il-Eurovision, inisslu tbissima ‘l-istudenti b’edizzjoni speċjali

Ġaladarba l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena sfaxxa kawża tal-pandemija, il-European Broadcasting Union ħabbret li sen’oħra l-Eurovision se jsir mill-ġdid ġewwa l-belt ta’ Rotterdam l-Olanda. Liema edizzjoni se tkun qed issir minflok dik ta’ din is-sena. Intant, din is-sena la ma ttella’ ebda spettaklu ma kien hemm ebda rebbieħ tal-festival, jew kważi.

F’dawn l-aħħar jiem, għadd ta’ għalliema tal-iskola medja tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Reġina ppubblikaw filmat fuq il-midja soċjali bil-għan li jnisslu tbissima fuq fomm l-istudenti tagħhom minkejja l-perjodu straordinarju li lkoll ninsabu fih. Fil-filmat, l-għalliema jkantaw għadd ta’ kanzunetti li matul is-snin irrappreżentaw lill-gżejjer Maltin fil-Eurovision, bil-preżentatur tal-inizjattiva fl-aħħar nett iħabbar li l-kulleġġ tagħhom rebaħ il-Eurovision.

Anki jekk il-filmat jixhed li wħud mill-protagonisti mhux daqstant maqtugħin għall-kant, l-umoriżmu u l-ottimiżmu fost l-għalliema jinżillek għasel.

Edizzjoni speċjali tal-Eurovision

Bħal daż-żmien inkunu ħerqanin nikkummentaw dwar il-Eurovision waqt xi pawża kafè fl-istaffroom, minkejja dan iż-żmien xorta waħda ħsibna u sibna l-ħin biex noħolqu filmat abbinat mal-Eurovision għall-istudenti, għall-iskola tagħna u għal kull min jafna 😉 Enjoy!!!! Bis-sehem ta' Nigel Farrugia Christian Spiteri Angelique Attard Maria Mifsud Dani Ela ZC Maria Grech Shirley Psaila Annabel Vella Dorian Sciberras Mark Ciantar Rene Gauci Markita Deguara Zammit Ery Kah Jolene Spiteri Colombo Mirco Vella Maria Micallef Anastasja Baldacchino

Gepostet von Maria Mangion am Samstag, 16. Mai 2020