Saħħa
ARA: L-isptar tal-onkoloġija bi ġnien biex jagħti serenità lill-pazjenti

Il-pazjenti rikoverati fl-isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo f’Mater Dei issa għandhom spazju miftuħ fejn iqattgħu ftit tal-ħin ta’ mistrieħ. Dan sar b’inizjattiva tal-President Marie Louise Coleiro Preca bi spiża ta’ €300,000 u bl-għajnuna ta’ numru ta’ negozjanti internazzjonali. L-ispazju miftuħ issemma ‘Il-Ġardina’ u jipprovdi ambjent seren, tant meħtieġ mill-pazjenti li kultant iqattgħu x-xhur f’dan l-isptar.

Ix-xjenza tindika li meta l-moral tal-pazjenti jinżamm għoli, ikun hemm possibiltà akbar ta’ fejqan. Motivata minn dan il-ħsieb, il-President Marie Louise Coleiro Preca ħadmet biex fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo f’Mater Dei ikun hemm spazju miftuħ li jagħti nifs ta’ serħan. Dan l-għan intlaħaq bl-inawgurazzjoni ta’ ‘Il-Gardina’ mill-President Coleiro Preca u mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

“Min qed jirċievi l-kura, l-ambjent li jkun qiegħed fih jagħmel differenza wkoll fir-rati tal-fejqan u fir-rati ta’ każijiet ta’ kanċer u ta’ soppravvivenza, u allura li għandna dan il-ġnien li huwa parti mill-istpar tal-kanċer, il-pazjenti, l-istaff u l-qraba tal-pazjenti għandhom spazju fejn jgħollu l-moral tagħhom, u dak huwa pruvat xejntifikatment li jżid ir-rati tal-fejqan,” spjega d-Deputat Prim Ministru.

Il-President Coleiro Preca qalet li din il-ġardina saret b’konsultazzjoni mal-Għaqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-kanċer. Qalet li l-ambjent ta’ dal-post sar bil-ħsieb li jserraħ qalb dawk kollha li jgħaddu ftit tal-ħin fih.

“Hawnhekk anke l-għażla tal-pjanti jkunu relaxing, mhux pjanti li ntgħażlu bl-addoċċ huma maħsubin, l-ispiża li kieku ma sibniex nies li kkontribwew bix-xogħol mingħajr ma tħallsu kienet tlaħħaq mas-sitt mitt elf, iżda laħħqet 300,000, u dan huwa funding li ġie minn kumpaniji internazzjonali u ġie speċifikament għall-bini tal-ġardina,” qalet il-President.

Il-President Coleiro Preca qalet li l-proġett sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa u diversi entitajiet oħra. Spjegat li dan il-ġnien li huwa mgħammar biex anke t-tfal ikunu jistgħu jilagħbu huwa strument ieħor fil-proċess tal-fejqan għall-pazjenti bil-marda tal-kanċer.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Erba’ rġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti wara li kellhom argument bejniethom. L-erba’ rġiel,wieħed minn l-Għarb Għawdex u l-oħrajn minn Għajnsielem Għawdex, li l-età tagħhom tvarja bejn 27…

Lokali

Fin-Naxxar beda xogħol fuq kumpless li ser ikollu diversi faċilitajiet maħsuba għal persuni b’diżabiltà u l-familji tagħhom. Il-proġett li mistenni jitlesta fi żmien erba’ snin qed isir b’investiment ta’ aktar…

Lokali

Il-Kabinett fil-laqgħa tal-lum qabel li jestendi l-iskema biex jissewwew inġustizzji ma’ ħaddiema li saru fil-passat. Fi stqarrija tal-Gvern intqal li l-Ministeri tal-Finanzi u tal-Familja ser iħaddmu l-iskema li tagħti kumpens…

Aktar