Festi
ARA: L-istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla ġġedded il-memorja ta’ 75 sena ilu f’Birkirkara

Il-qalba ta’ Birkirkara ġeddet il-memorji ta’ 75 sena ilu, meta terrqet fi ħdanha l-istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla.

Bħalissa l-istatwa tal-Kunċizzjoni tinsab fil-Bażilika ta’ Santa Liena, hekk kif qed jitfakkar l-anniversarju mindu l-istatwa ttieħdet mill-Bażilika ta’ Birkirkara lura lejn il-kolleġġjata ta’ Bormla fi tmiem il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinija.

Il-purċissjoni kienet immexxija mill-arċipriet ta’ Bormla, il-Kanonku Anton Cassar, akkumpanjat mill-kapitli tal-parroċċa ta’ Santa Liena ta’ Birkirkara u minn dak ta’ Bormla. Folla ta’ nies imxew madwar l-istatwa, akkumpanjata minn daqq ta’ innijiet majani mill-banda San Ġorġ ta’ Bormla.

Is-Sibt li ġej l-istatwa tal-Kunċizzjoni ser tittieħed permezz ta’ pellegrinaġġ lura lejn il-Kolleġġjata ta’ Bormla b’waqfa fil-parrocca ta’ Kristu Re fir-Raħal il-Ġdid biex wara tintrefa’ fuq l-ispalla sal-Kolleġġjata Marija Immakulata.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Fis-seduta parlamentari li tinsab għaddejja, id-deputati tal-Partit Nazzjonalista ftit tal-ħin ilu ħarġu mill-Parlament. Dawn għamlu hekk wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma keċċiex liċ-Chief of Staff Keith Schembri u…

Qorti

Studenta ta’ 16-il sena minn Marsaskala ammettiet li xehdet falz f’każ ta’ allegat abbuż sesswali sataniku. F’April hi kienet xehdet quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, illum Imħallef, li l-allegazzjonijiet fil-każ kontra…

Tfal

Fl-ewwel ta’ Jannar li ġej se tidħol fis-seħħ il-liġi tat-tfal. Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dan bħala l-isbaħ rigal li l-pajjiż jista’ jagħti lit-tfal, bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ bidliet fil-liġi…

Qorti

Il-mara ta’ 61 sena li għaxart ijiem ilu kienet fil-periklu tal-mewt wara li żewġha ta daqqiet ta’ martell f’rasha u f’wiċċha, ma setgħetx tiftakar id-dettalji tal-każ. Il-mara xehdet fil-Qorti iżda…

Aktar