Edukazzjoni
ARA: L-istudenti jgħidu tagħhom dwar l-eżami tal-Matematika

L-eżami tal-Matematika għall-istudenti fl-iskola medja li dwaru nqalgħet kwistjoni industrijali bejn il-Union tal-Għalliema l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni jidher li għadda mingħajr ma nqalgħu diffikultajiet. L-istudenti li tkellmu ma’ TVM, malli ħarġu mill-eżami fl-iskola San Benedittu f’Ħal Kirkop qalu li ma sabux sorpriżi u l-mistoqsijiet kienu skont is-sillabu li tgħallmu tul is-sena skolastika.

Huwa pjutost normali li l-eżamijiet inisslu xi ftit ta’ ansjetà fl-istudenti u din is-sena l-istudenti li kellhom jagħmlu l-eżami tal-Matematika u tal-Malti seta’ kellhom doża oħra ta’ inċertezza minħabba li l-karti tal-eżami ma sarux mill-għalliema tagħhom minħabba direttiva tal-Union tal-Għalliema dwar tilwima li għandha mal-Ministeru tal-Edukazzjoni minħabba nuqqas ta’ għalliema li wassal biex f’dawn is-suġġetti wħud mal-għalliema spiċċaw bil-massimu ta’ 25 lezzjoni fil-ġimgħa.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra x-xewqa tal-MUT għamel arranġamenti alternattivi biex l-istudenti ma jitilfux l-eżami li huma kejl ta’ dak li tgħallmu tul is-sena. Wara sessjoni tal-eżami tal-Matematika, TVM staqsa lill-istudenti kif ħassew f’dawn l-eżamijiet annwali.

Kelliema għall-Ministeru tal-Edukazzjoni qalet lil TVM li l-karta tal-eżami saret minn professjonisti u saru arranġamenti alternattivi biex dawn l-eżamijiet jiġu kkorreġġuti minnhom ukoll.

Intant id-direttiva tal-MUT li għadha fis-seħħ minbarra fl-iskejjel medji, se taffettwa wkoll l-eżamijiet tal-Matematika u l-Malti fl-iskejjel sekondarji.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar