Ara l-istudio il-ġdid li minnu bdew jixxandru l-aħbarijiet ta’ TVM

Mil-lum il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS bdiet ixxandar l-aħbarjiiet b’dehra ġdida mill-istudjo numru wieħed fi Creativity Hub.

Għal dawn l-aħħar ġimgħat bosta tekniċi u ħaddiema oħrajn kienu involuti fil-bini ta’ studjo ġdid, li fuq din in-naħa se jkun qed jintuża għall-bulettini u l-aġġornamenti tal-aħbarijiet u fuq in-naħa l-oħra se jkun qed jintuża għal TVAM, kuljum bejn is-7 u d-9 ta’ filgħodu, kif ukoll il-programm ġdid “Popolin”, li se jkun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7 ta’ filgħaxija.

Filwaqt li se nkomplu nwasslu aħbarijiet b’tagħrif fattwali lit-telespettaturi f’ħinijiet differenti matul il-ġurnata, tistgħu ssegwu wkoll dawn l-aħbarijiet u oħrajn kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż fuq tvm.com.mt.

Ara iktar dwar l-iskeda l-ġdida hawn:

Ara x’tista’ tara fuq l-iskeda l-ġdida ta’ TVM minn għada