Barranin
ARA: L-Italja bl-inqas imwiet f’xahrejn – tibda tillaxka l-miżuri

L-Italja – li kienet l-ewwel fid-dinja li ordnat lockdown mal-pajjiż kollu, bdiet tillaxka xi miżuri, fl-isfond li rreġistrat l-inqas numru ta’ mwiet fl-aħħar xahrejn.

L-illaxkar tal-miżuri jfisser li mal-4.5 miljun persuna marru lura għax-xogħol, inkluż dawk ġo fabbriki u f’siti ta’ kostruzzjoni.

Persuni issa jistgħu joħorġu jippassiġġaw u jżuru l-qraba, waqt li r-restoranti jistgħu jiftħu biex joffru servizz ta’ take-away. Il-barijiet u l-ġelateriji iżda jridu jibqgħu magħluqa.

L-użu tat-trasport pubbliku jibqa’ mhux rakkomandat, u kull min ikun f’post pubbliku magħluq irid jilbes maskra.

Iżda anki b’dawn ir-restrizzjonijiet, ħafna Taljani qed jieħdu r-ruħ li talanqas jistgħu joħorġu minn djarhom jew imorru għax-xogħol.

Il-Prim Ministru Giuseppe Conte wissa li dan il-jum ma jfissirx li kulħadd issa huwa liberu, u saħaq fuq is-sens komun u r-responsabbiltà. “Issa kollox jinsab f’idejna,” qal Conte.

Spanja wkoll illaxkat numru ta’ miżuri, fejn fost oħrajn xi ħwienet tħallew jerġgħu jiftħu, waqt li l-maskri saru mandatorji għal kull min ikun f’post pubbliku.

Ara fil-filmat kif sebħet Ruma llum:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Aktar