Lokali
ARA: L-ittra ta’ riżenja ta’ Joseph Muscat

Fi tmiem is-seduta tal-lejla, fil-bidu tal-aġġornament, l-ex Prim Ministru Joseph Muscat qal li bagħat l-ittra ta’ riżenja tiegħu lill-Ispeaker mingħajr ma kien informa lil sħabu d-deputati l-oħrajn bl-intenzjoni tiegħu.

Fl-ittra ta’ riżenja, Dr Muscat qal li kburi li serva fil-Parlament darbtejn bħala Prim Ministru, darba bħala Kap tal-Oppożizzjoni u tliet darbiet bħala Membru Parlamentari. Żied jgħid li hu kburi bis-servizz li ta u bil-kontribut biex il-pajjiż mar għall-aħjar anke jekk stqarr li xtaq jagħmel iktar.

Joseph Muscat jirreżenja mill-Parlament