Kultura
Ara l-Katakombi meravilja taħt ir-roundabout tal-ajruport

Minn bokka fir-roundabout tal-ajruport inżilna fil-katakombi ta’ Ħal Resqun li għalkemm mhux kbir bħal katakombi oħra li hemm fir-Rabat, għandu l-valur arkeoloġiku tant li ġew preservati meta ftit snin ilu saru t-toroq u r-roundabout ezistenti.

Il-katakombi ta’ Ħal Resqun bħal f’siti arkeoloġiċi oħra f’Malta ġie skavat minn Sir Temi Zammit kważi 110 snin ilu.

Is-Supretendent tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Joseph Magro Conti, qal li dan is-sit imur lura għar-Raba’ Seklu Wara Kristu li fih jispikkaw il-graffitti ta’ simboliġija Nisranija mnaqqxa fil-blat.

“Hawn dak li Temi Zammit, dak li skavah interpreta bħala l-kreazzjoni tad-dinja fejn jidhru ħlejjaq umani idejhom ‘il fuq, imsejħin bħala poża ‘Orantes’ ta’ wieħed li qed jitlob b’idejh ‘il fuq bħal meta qed nitolbu l-‘Missierna’ b’idejna miftuħa u ngħolluha ‘l fuq pero’ hemm annimali miegħu, dawk li jistgħu jidhru bħala żwiemel, baqar u ħut.”

Il-Kap tal-monitoraġġ tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Jonathan Borg, stqarr li jinsab rashom mistrieħa li fl-inħawi m’hemmx strutturi simili wara li saru testijiet speċjalizzati permezz ta’ georadar biex tittieħed stampa ta’ dak li hemm taħt l-art.

“Ħadna stampa tat-toroq kollha tal-madwar – dan huwa eżerċizzju li fih jagħtik hemmx spazji vojta bħal katakombi, oqbra, ġwiebi, bjar. Dan l-istudju sar u ma rriżultax fil-madwar hemm elementi arkeoloġiċi simili.”

Wieħed mill-periti tal-proġett, Albert Spiteri qal li qed jitfassal pjan ta’ konservazzjoni biex il-Katakombi ta’ Ħal Resqun ma jigix mittiefes.

“Hawnhekk ġibna esperti minn barra biex rajna x’tip ta’ miżuri l-kuntrattur li ser ikun qed jaħdem fiż-żona għandu jieħu ħsieb biex dawn il-katakombi li diġa’ nafu bihom ma jkunx hemm effetti dettrimentali biex ma jkunx hemm ħsara fuqhom u ma jkunx hemm xi tip ta’ ċaqliq waqt l-iskavar.”

Il-perit spjega li qed jittieħdu kampjuni ta’ blat f’fond ta’ 15-il metru biex jiddetermina s-saħħa tal-madwar biex ix-xoghol meta jigi approvat isir bl-akbar galbu biex ma issir l-ebda hsara lil Katakombi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar