Partit Nazzjonalista
ARA l-kummenti ta’ Adrian Delia – stennija għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ma kellux sejħiet biex jirriżenja u li ma kienx hemm talba għal vot ta’ fiduċja.

Huwa kien qed jagħti l-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti fi tmiem laqgħa mqanqla tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet għall-ħabta tal-11.10pm.

Adrian Delia qal li għandu direzzjoni ċara għal dak kollu li jrid isir biex il-Partit Nazzjonalista jimxi ‘l quddiem. Hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘l quddiem. Qal li l-proposti, li se jippreżentahom illum waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari li se jitlaqqa fis-7pm, jinkludu l-involviment akbar taż-żgħażagħ, tad-deputati, tas-soċjetà ċivili, u għall-konvenzjoni nazzjonali fost oħrajn. Qal li dawn jingħaqdu ma proposti oħra li tressqu illum li għoġbuh ukoll.

Ara l-kummenti li ta Dr Delia lill-ġurnalisti:

Ara wkoll:

Delia jippreżenta proposti kif jista’ jkompli jmexxi lill-PN

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar