Unjoni Ewropea
ARA: L-MEPs Maltin jitkellmu dwar dak li jridu jaħdmu fuqu

Id-disa’ leġiżlatura tal-Parlament Ewropew bdiet uffiċjalment din il-ġimgħa fi Strasburgu. Il-membri minn 190 partit politiku minn 28 stat membru ltaqgħu għall-ewwel sessjoni parlamentari tagħhom fil-Parlament Ewropew.

Fil-ħames snin li ġejjin jidher se jkun hemm sforz qawwi mill-membri tal-Parlament Ewropew dwar l-ambjent, it-tmexxija taż-żona tal-ewro u dwar is-sigurtà u l-politika ta’ difiża komuni fl-Ewropa. Kwistjonijiet li jolqtu direttament lil Malta.

It-22 kumitat u sotto-kumitati tal-Parlament Ewropew jaddottaw rapporti u jikkonsultaw ma’ esperti dwar numru ta’ suġġetti li jvarjaw mill-politika barranija għas-sajd u d-drittijiet tan-nisa. Is-sitt ewroparlamentari Maltin se jkunu qed jaħdmu f’għaxar kumitati minnhom.

L-akbar żewġ gruppi politiċi; il-Popolari u s-Soċjalisti, li huma msieħba fihom is-sitt ewroparlamentari Maltin, m’għadx għandhom il-maġġoranza fil-Parlament. Bejniethom għandhom 336 membru.

F’kummenti li taw lil TVM, l-Ewroparlamentari Maltin tkellmu dwar il-konsegwenzi li jista’ jkollha din is-sitwazzjoni fuq il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll dwar il-prijoritajiet tagħhom għal din il-leġiżlatura. Segwi l-filmat:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f’ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint’ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu ‘l…

Edukazzjoni

Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU esprima tħassib għax għad m’hemmx pjan alternattiv għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f’Settembru. Fi stqarrrija l-KSU qal li s’issa l-eżamijiet għadhom se jsiru b’mod fiżiku fis-swali…

Lokali

Id-deputat Claudio Grech ippreżenta lill-ispeaker Anġlu Farrugia rapport tal-aħħar sena ħidma tal-Fondazzjoni Save A Life, li waqqaf flimkien ma’ martu, seba’ snin ilu. Is-Sur Grech spjega li jgħaddi l-onorarja parlamentari…

Aktar