Mużika
Ara: L-MFCC jew Broadway? Ftuħ spettakolari għas-semifinali ta’ ‘X Factor Malta’

Tistħajlek qiegħed bilqiegħda paxxut quddiem palk ta’ Broadway quddiem wieħed minn dawk il-musicals spettakolari li tant huma magħrufin għalihom l-Amerikani. Madanakollu, aħna l-Maltin, xejn anqas.

Ilwien li jpaxxu l-għajn, dwal ta’ kull xorta, u sala mimlija sa ruħ ommha bin-nies. Mhux ta’ b’xejn li ‘X Factor Malta’, dan ix-xahar, laħaq l-ogħla udjenza mill-iskeda kollha tal-programmi ta’ Television Malta.

Għadd ta’ żeffiena għadhom kemm qasmu l-palk mal-aħħar sitt kontestanti li ħadmu qatigħ u li rnexxielhom jagħmluha għas-semifinali tal-lejla.

Ilkoll, żifnu u kantaw, akkumpanjati live minn orkestra magħmula minn 32 mużiċist. Liema orkestra, se tkun qed takkumpanja lis-sitt kontestanti wkoll fl-ewwel round ta’ kanzunetti.

Fil-fatt, illejla, għalkemm mistennija jinqalgħu żewġ kontestanti bħal kull Live Show sa issa, il-proċedura għal-lejla ser tkun ħarira differenti mis-soltu.

Fi ftit kliem, minflok ser jinqalgħu żewġ kontestanti f’salt lejn tmiem is-serata, wara l-ewwel round ta’ kanzunetti, ser jingħalaq it-televoting. F’dan l-istadju, jinqala’ l-ewwel kontestant, imbagħad il-proċess jiġi repetut b’round ieħor ta’ kanzunetti bil-għan li jinqala’ t-tieni kontestant.

Intant, dawn huma n-numri tat-televoting skont il-kantant/a, u li jibqgħu validi għas-serata kollha:

Bloodline – 5061 4401

Kyle – 5061 4402

Destiny – 5061 4403

Yazmin & James – 5061 4404

F.A.I.T.H – 5061 4405

Justine Shorfid – 5061 4406

Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Aktar