Barranin
Ara l-mument li fih partitarji fi grawnd salvaw qattus b’bandiera

Partitarji li kienu qed isegwu logħba American football salvaw qattus li waqa’ mill-għoli b’bandiera Amerikana.

Il-partitarji kienu qed isegwu l-logħba bejn il-Miami Hurricanes u l-Appalachian State Mountaineers fil-Hard Rock Stadium ta’ Miami.

Din kienet logħba mill-kampjonat tal-kulleġġi li fih jieħdu sehem studenti minn universitajiet u kulleġġi madwar il-pajjiż.

F’ħin minnhom mat-tinda tal-grawnd deher qattus qed iżomm milli jaqa’ u l-attenzjoni tal-partitarji daret fuqu.

Il-qattus waqa’ imma fortunatament għalih ġie f’bandiera li fetħu grupp ta’ partitarji.

Il-qattus ħarab jiġri qalb l-ispettaturi fost l-għajjat u ċ-ċapċip ta’ dawk preżenti lejn dawk li salvawh.