Barranin
Ara l-mument li fih żewġ para-gliders jaħbtu fl-ajru fit-Turkija

Żewġ para-gliders kellhom jittieħdu l-isptar fit-Turkija wara li ħabtu fl-ajru fil-kumpless turistiku f’Oludeniz.

Iż-żewġ paragliders kienu qed jieħdu sehem f’festival internazzjonali tal-logħob fl-ajru meta seħħ l-inċident.

F’inċident separat gwardji tal-kosta Torok salvaw para glider Ukrena wara li tilfet il-kontroll u baqgħet nieżla fil-baħar.

Madwar 2,000 para glider u atleti li jużaw il-wing-suit minn 60 pajjiż ħadu sehem f’dan il-festival.