Barranin
Ara l-mument li l-minibus f’Capri waqgħet għal isfel

Filmat minn kamera tas-sigurtà jaqbad il-mumenti tat-tkexkix li fihom minibus waqgħet minn għoli f’Capri.

L-inċident, li seħħ ilbieraħ, ħalla 23 persuna feruta u x-xufier mejjet. Kien irrapportat li x-xufier tah attakk tal-qalb, u kien għalhekk li tilef il-kontroll tal-minibus.

Il-filmat juri l-minibus jaħbat mal-barriers u jibqa’ nieżel għal isfel, fejn spiċċa f’lido.

Ara wkoll:

Tah attakk tal-qalb u tilef il-kontroll – ix-xufier tal-minibus li waqa’ f’Capri kien se jsir missier