Stejjer Umani
Ara: L-omm li hija sors ta’ kuraġġ għal bosta

F’dawn l-aħħar jiem, iċ-ċkejkna Francesca Rausi, bit-tbissima tagħha, iddominat il-mezzi tax-xandir, anki lil hinn minn xtutna.

Minkejja li hija down syndrome, lit-tifla t’erba’ snin xejn ma jxekkilha milli tagħmel dak li tħobb, l-immudellar.

F’dan l-isfond, dan l-aħħar, Francesca ħadet sehem fi sfilata tal-moda f’Malta, u serqet il-qlub bit-tbissima tagħha u n-natural ħelu li jikkaratterizzaha.

Mistiedna waqt ‘TVAM’, omm Francesca, Michelle, qalet li l-għadd ta’ messaġġi ta’ ringrazzjament li tirċievi mingħand in-nies, itellgħuha fis-seba’ sema.

Michelle spjegat li minn dejjem kienet il-ħolma tagħha li bintha sservi ta’ eżempju għal tfal u żgħażagħ down syndrome biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u minn xejn.

Fost l-oħrajn, omm Francesca rringrazzjat minn qalbha lil Ivan Gaffiero, l-organizzatur tal-isfilata li ħadu sehem fiha għadd ta’ tfal down syndrome bħal Francesca, u li fi kliemha kienet identifikazzjoni eżatta ta’ xi tfisser verament inklużjoni soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar