Kultura
Ara l-opri li ħalla warajh l-artist Taljan Filippo Venuti

L-Artist Taljan Filippo Venuti li qatta’ 9 snin jgħix Malta bejn l-1894 u l-1903 ħalla warajh bosta opri tal-arti fil-knejjes f’diversi bliet u rħula fil-gżejjer Maltin, fosthom tal-erba’ evanġelisti u l-abbozz tal-pittura tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat. Dawn il-pitturi bħalissa jinsabu esebiti fil-Mużew ‘Il-Ħaġar’ fir-Rabat Għawdex, filwaqt li qegħdin taħt il-lenti tar-restawratriċi Taljana Sara Mattioli.

“This painting of St Luke is part of 4 evangelists and presents a lot of problems, it was restored in the past, there are a lot of infill that overlapping the original paint as well as flaking.”

Ir-restawratriċi Sara Mattioli qalet li l-pittura gratilha ħsara kawża tal-kundizzjonijiet li hemm fil-Knisja.

“The other painting presents a lot of losses and nails and deposits of dusting, in particular this painting there are a lot of damage most probably because in the church there were a log of dripping of water, light and humidity.”

Il-wirja qed tlaqqa’ lill-pittur Filippo Venuti mal-pubbliku b’tagħrif dwar ħajtu u x-xogħolijiet numerużi tiegħu u dwar ir-rabtiet tiegħu mal-Maltin. Il-wirja permezz tal-fotografija tiddokumenta wkoll kif qed isir il-proċess ta’ restawr tal-ħames opri tal-arti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar