Kultura
Ara l-preparamenti tat-tfal Beltin għall-Karnival

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin tal-kapitali.

L-ispirtu tal-Karnival jinħass ma’ kull rokna tal-Iskola Primarja tal-Belt. Imdakkra mill-entużjażmu fid-dar u bl-appoġġ tal-kap tal-iskola, Victoria Spiteri, it-tfal Beltin huma ħerqana ħafna għar-renju tal-bluha li uffiċjalment jibda mill-Ġimgħa.

”Hemm min hu inkwetat li forsi l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar m’għadhomx daqshekk intiżi f’din l-arti tista’ tgħidilha u allura nħeġġuhom biex minn età żgħira jaħdmu biex iżommu dawn it-tradizzjonijiet ħajjin.”

Kieran għad għandu tliet snin. Diġà għandu passjoni għall-univers. Mhux talli jaf isem il-pjaneti, iżda saħansitra għamel karru bihom.

Bl-għajnuna ta’ missierha u sħabha tal-iskola, Gloria Cassar bniet karru li juri l-Granmastru La Valette. Tgħid li l-karru ħadilhom kważi disa’ ġimgħat biex lestewh.

”Fih żebgħa u hekk fih karti, injam u ħafna affarijiet oħra, qed juri lil La Valette u Mini Mouse.”

It-tfal kollha middew idejhom biex jieħdu sehem fl-esperjenza tal-Karnival. Min għamel karru żgħir, min iddisinja l-maskri u oħrajn ħejjew il-kostumi.

Imrobbija l-Belt, ħafna minnhom trawmu fil-Karnival li jistennew bi ħġarhom minn sena għall-oħra.

Bl-inizjattiva tal-Iskola Primarja tal-Belt, l-istudenti għamlu replika ta’ oġġetti u avvenimenti assoċjati mal-Karnival: minn żfin għal ballijiet bil-maskaruni, u karrijiet permezz ta’sessjonijiet li wettqu ma’ dawk li huma direttament involuti mal-komunità tal-Karnival.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar