Immigrazzjoni
ARA: ‘L-uffiċini tagħna maħruqin iżda l-kabini tagħhom ma ħarquhomx’

Il-ħaddiema tal-aġenzija AWAS, uħud trawmatizzati bil-ġrajjiet tal-lejl li għadda anke għax uħud minnhom spiċċaw bil-vetturi tagħhom maħruqa, żvugaw ir-rabja tagħhom waqt protesta paċifika spontanja quddiem Kastilja u quddiem il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Waqt li sejjaħ għal iżjed sigurtà fiċ-ċentru fejn jaħdmu mal-immigranti, urew li ilhom xebgħana bis-sitwazzjoni ta’ theddid li spiss ikollhom mill-immigranti.

Sens ta’ rabja u frustrazzjoni fost il-ħaddiema tal-aġenzija AWAS li kmieni wara nofsinhar inġemgħu fi protesta paċifika minn Kastilja sal-Ministeru tal-Intern biex b’vuċi waħda jwasslu lill-awtoritajiet il-karba tagħhom għal iżjed sigurtà fiċ-ċentri miftuħa tal-immigranti. B’żewġ strixxuni miktuba malajr fuq il-karti, jitolbu sigurtà għal kulħadd, il-ħaddiema tal-AWAS żbruffaw għax qalu li ilhom jissaportu ħafna t-theddid u anke waħħlu f’għaqdiet li jaħdmu mal-immigranti għas-sitwazzjonijiet ta’ tensjoni li qed jiżviluppaw ta’ spiss fiċ-ċentri.

Intant, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija mid-Deputati Beppe Fenech Adami u Carmelo Mifsud Bonnici kkundanna mingħajr l-ebda riżerva l-atti ta’ vjolenza li seħħew matul dan il-lejl li għadda. Il-Partit Nazzjonalista wera solidarjetà mal-Pulizija, l-Armata u l-Uffiċjali tad-Detenzjoni li ġew aggrediti f’dawn l-inċidenti. Żied jgħid li kulħadd għandu l-obbligu li josserva l-liġijiet tal-pajjiż u kull min jikser il-liġi għandhom jittieħdu passi kriminali kontrih.

Fi Stqarrija l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jirringrazzja lill-ħaddiema tal-Aġenzija AWAS u lill-forzi tal-ordni għax-xogħol tagħhom filwaqt li jesprimi solidarjetà ma’ dawk li sofrew danni materjali jew fiżiċi.

Il-Ministeru qal li l-Ministru Farrugia ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema u ġie miftiehem li għada ssir laqgħa bejn il-GWU, l-amministrazzjoni tal-AWAS u l-ministeru biex ikunu diskussI punti speċifiċi fuq it-talbiet tal-ħaddiema.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li Malta qed tissospendi s-sehem tagħha fil-missjoni IRINI, li ma tħallix aktar armi u tagħmir militari jidħol fil-Libja. Il-Ministru qal li Malta mhux se…

Lokali

Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2020 se jkun qed iżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tiegħu għal skeda kważi normali. Minn nhar it-Tnejn, il-Fergħat tal-BOV se…

Immigrazzjoni

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat li ddaħħlu Malta grupp ta’ 9 itfal u 18-il mara immigranti. Dan l-AFM qalet sar minħabba raġunijiet umanitarji. It-Tnejn filgħaxija, grupp ta’ madwar…

Aktar