Avjazzjoni
ARA: Ilbies protettiv ġdid għall-membri tal-ekwipaġġ tal-Emirates

Il-kumpanija tal-ajru Emirates qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji f’dak li għandu x’jaqsam mal-iġenje, is-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri kif ukoll tal-ħaddiema tagħha. Għaldaqstant il-membri tal-ekwipaġġ se jkollhom ilbies protettiv ġdid fosthom libsa disposable kif ukoll maskri, visors u ingwanti.

Barra dan, kull passiġġier se jingħata pakkett b’xejn li fih jinkludi maskra, hand sanitiser u ingwanti fost oħrajn. Se jiddaħħlu wkoll miżuri bħad-diżinfettazzjoni tal-ajruplan bejn vjaġġ u ieħor, miżuri li jippromwovu d-distanza soċjali kif ukoll l-ittestjar fuq il-passiġġieri biex jiġi aċċertat li dawn mhux qed iġorru l-Covid-19.