Lokali
Ara: Lest li jmut wara li jibni t-tieni dar għall-ALS

Manuel Agius li ilu 18-il sena jsofri mill-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis qal lil TVM li kieku ma sabx post f’Dar Bjorn f’Ħal Qormi, kieku llum ma jafx x’sar minnu. Intant Bjorn Formosa li saħħtu kompliet sejra lura, qal lil TVM li jrid imut wara li jkun lesta l-proġett tat-tieni dar.

Manuel Agius għad għandu 42 sena, u l-kundizzjoni tiegħu ta’ multiple sclerosis baqgħet dejjem sejra għall-agħar. Qal li l-iktar affarijiet li kien iħobb jagħmel hu li jmur il-futbol, imur għax-xogħol, u jsuq il-karozza, affarijiet li ma jistax jagħmilhom aktar minħabba li bil-kundizzjoni tiegħu spiċċa f’siġġu tar-roti. Manuel qal li qabel ma daħal f’Dar Bjorn kien qed jinkwieta għaliex ma setax jibqa’ jgħix bla għajnuna kontinwa.

Manuel Agius qal li “dik li ma tistax timxi sew, issuq, f’kollox…nirringrazzja lil Bjorn li l-affarijiet imxew ‘il quddiem”.

Waqt li Bjorn Formosa ġie nominat mill-Ewroparlamentari Maltin għall-Premju Ewropew b’għarfien għall-ħidma tiegħu, għalkemm mgħobbi bil-piż tal-kundizzjoni tiegħu, għandu ħarstu fuq li jwettaq t-tkomplija tal-proġett tiegħu bit-tieni dar għal tletin persuna oħra b’kundizzjonijiet li ma jistgħux jgħixu għal rashom.

Bjorn Formosa qal li “hemm bżonn ta’ xi ħaġa ikbar u rrid immut nagħmel dan il-proġett, l-aħħar missjoni tiegħi, biex il-proġett jitwettaq”.

Fi tmiem dan ix-xahar, u fil-bidu ta’ Ġunju, il-Fondazzjoni ALS se torganizza Mixja f’Ta’ Xbiex u lejla Gala bil-preżenza tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jinġabru fondi għad-dar il-ġdida tal-ALS li l-ispejjeż tagħha jaqbżu ż-żewġ miljun ewro.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Jekk kont qed issiefer u tagħżel li toqgħod f’Airbnb hemm ċans li se tara bosta tibdiliet dalwaqt.  Dan għax qed jinkisru bosta regoli Ewropej tal-konsumatur tant li l-Kummissjoni Ewropea talbet…

NGOs

Il-LifeCycle (Malta) Foundation qed tappoġġa b’mod finanzjarju soluzzjoni sofistikata ta’ software installata fit-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Imsejħa Traccia, is-software jgħin biex “iqabbel” u jiddetermina bi preċiżjoni għolja l-kompatibiltà tal-organu…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum fil-bajja ta’ Kemmuna. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar fil-Blue Lagoon. TVM infurmat li r-raġel,…

Aktar