Kumpaniji
Ara liema fergħat tal-BOV ħa jiftħu nhar is-Sibt

Il-Bank of Valletta fi stqarrija qal li nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju ħames fergħat f’Malta u fergħa f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm.

Dawn huma tal-Fgura, tal-Ħamrun, tal-Imsida, tan-Naxxar u tas-Siġġiewi f’Malta u tax-Xewkija f’Għawdex.

Il-Bank of Valletta tenna l-appell lill-klijenti biex kemm jista’ jkun jużaw il-mezzi elettroniċi tal-BOV.

Qal  ukoll li l-klijenti jistgħu wkoll jinqdew billi jibagħtu email lil [email protected] u jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa fejn normalment jinqdew. Inkella jistgħu jċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am sal-4pm.

Il-BOV fakkar lill-klijenti biex meta jżuru l-bank jużaw is-saniters provduti kemm fid-dħul u fil-ħruġ mill-fergħa u jneħħu b’mod temporanju l-maskra meta jidħlu fil-fergħa u meta l-uffiċjal tal-Bank jeħtieġ jivverifika identità tal-klijent. Qal li din il-proċedura ma tapplikax għall-klijenti li jilbsu visor.

Il-bank fakkar ukoll lill-klijent biex iżommu d-distanza soċjali ta’ żewġ metri anke meta jkunu qedgħin jistennew fil-kju.

 

Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar