Kumpaniji
Ara liema fergħat tal-BOV ħa jiftħu nhar is-Sibt

Il-Bank of Valletta fakkar li għada l-1 ta’ Mejju hija festa u għalhekk se jkun magħluq.

Fi stqarrija l-BOV żied li nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju ħames fergħat f’Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm.

Dawn huma ta’ Buġibba, il-Marsa, l-Imqabba, San Ġwann, San Ġiljan u n-Nadur.

Il-Bank of Valletta tenna l-appell lill-klijenti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u jużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom.

Barra minnhekk, il-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra.