Lokali
Ara liema fergħat tal-BOV se jerġgħu jiftħu mit-Tnejn 17 ta’ Awwissu

Il-Bank of Valletta ħabbar li mit-Tnejn 17 ta’ Awwissu 2020, se jerġa’ jiftaħ erba’ fergħat oħra li jinsabu fil-Fgura, Fleur de Lys, il-Ħamrun u l-Mellieħa.

Fi stqarrija l-bank qal li b’hekk it-total ta’ fergħat u aġenzija miftuħa se jilħaq id-39.

Qal li dawn il-fergħat tal-BOV se jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 am u s-1.30 pm.

Tisrif ta’ ċekkijiet u ġbid ta’ flus jistgħu jsiru sa nofsinhar skond l-iskeda normali ta’ qabel il-COVID.

Nhar ta’ Sibt, il-fergħat ma joffrux servizz ta’ kaxxier iżda jkunu miftuħa mit-8.30 am sal-12.30 pm għal servizzi oħra bħal self għad-djar, self personali, ftuħ ta’ kontijiet, investimenti, applikazzjonijiet għal credit u debit cards, internet u mobile banking.

Biex jevitaw il-kju, il-klijenti jistgħu jagħmlu appuntament għal servizzi mhux tal-kaxxier billi jibagħtu email lil [email protected] bit-tip ta’ servizz meħtieġ, in-numru tal-mowbajl u tal-Karta tal-Identità u l-fergħa preferuta jew billi jċemplu fuq +356 2131 2020.

Il-bank qal ukoll li l-ATM tal-Fergħa tal-Ħamrun ġiet mibdula għal waħda aktar avvanzata għal servizzi bankarji aktar konvenjenti. Permezz ta’ dawn it-tip ta’ ATMs, il-klijenti jistgħu
jiddepożitaw flus kontanti u ċekkijiet direttament fil-kont tagħhom.

Il-klijenti jistgħu jevitaw li jistennew fil-kju billi jużaw il-mezzi diġitali tal-BOV bħal ATMs, BOV Cards, BOV Pay, BOV Mobile u Internet Banking għal servizzi bankarji orħos, veloċi u siguri. Il-
Bank of Valletta għandu 97 ATM madwar Malta u Għawdex, li 44 minnhom huma ATMs aktar avvanzati u joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi.

Aktar dettalji jinstabu fuq https://www.bov.com/content/covid-19-bov-updates.