COVID-19
Ara liema fergħat tal-BOV se jiftħu għada s-Sibt

Il-Bank of Valletta qed javża li għada s-Sibt 30 ta’ Mejju, ħames Fergħat f’Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm.

Il-lokalitajiet minn fejn tista’ tinqeda għada huma Ħaż-Żabbar, ir-Rabat (Għawdex), ir-Rabat (Malta), San Pawl il-Baħar, Tal-Ibraġ u l-Belt Valletta.

Klijenti li jeħtieġu servizzi oħra li mhux relatati ma’ tisrif ta’ ċekkijiet, ġbid ta’ flus u depożiti, bħal self għad-djar, self personali, investimenti, BOV Cards u applikazzjonijiet għall-Internet Banking jistgħu jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom billi jibgħatu email fuq [email protected] bit-tip ta’ servizz meħtieġ, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa preferuta. Jistgħu ukoll iċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sal-4.00pm.

Il-bank ħeġġeġ ukoll lill-klijento biex jagħżlu metodi ta’ pagamenti bla kuntatt, li f’dan ix-xenarju tal-COVID-19 huma aktar iġeniċi u sikuri.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar