COVID-19
Ara liema huma l-pajjiżi fil-lista oranġjo

Il-Gvern ippubblika l-pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo, li jfisser li dawk li jaslu f’Malta minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li min-nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu, 2020, f’nofsilejl ser tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo.

Kull persuna li tasal f’Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel għandha tissottometti ċertifikat li juri riżultat negattiv ta’ COVID-19 Polymerase Chain Reaction test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira.

Passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Arjuport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.

Il-pajjiżi tal-lista riveduta huma:
Il-Bulgarija;
Ir-Rumanija;
Ir-Repubblika Ċeka
Spanja – Barcelona, Girona, Madrid
It-Tuneżija