COVID-19
Ara liema huma l-pajjiżi fil-lista oranġjo

Il-Gvern ippubblika l-pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo, li jfisser li dawk li jaslu f’Malta minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19.

Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Il-pajjiżi fil-lista riveduta huma: Awstrija,Belġju (l-ajruporti kollha),Bulgarija,Franza (l-ajruporti kollha),Ġermanja (l-ajruporti kollha),Irlanda (l-ajruporti kollha),Italja (l-ajruporti kollha f’Milan u Ruma, u Bologna, Napli, Perugia, Pescara, Pisa, Trieste, Turin, Venezja),Lussemburgu,Olanda (l-ajruporti kollha),Polonja (l-ajruporti kollha),Portugall (Porto),Renju Unit (Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle, Nottingham),Repubblika Ċeka,Spanja (l-ajruporti kollha),Żvizzera (l-ajruporti kollha),Tuniżija u Ungerija.

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgha, 13 ta Novembru f’nofsillejl.