Safar
Ara liema huma l-pajjiżi li l-Maltin jistgħu jsiefru lejhom minn Lulju

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar l-ismijiet ta’ dawn il-pajjiżi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar ir-rilaxx tal-maġġoranza tal-miżuri restrittivi minn nhar il-Ġimgħa, il-Prim Ministru kkonferma li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż, iżda se jkunu permessi biss titjiriet diretti.

Dawn huma Sardinja, L-Iżlanda, l-Islovakkja, Ċipru, Sqallija, il-Litwanja, Iżrael, il-Latvja, in-Norveġja, l-Estonja, l-Ungerija, l-Awstrija, l-Iżvizzera, id-Danimarka, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja u l-Irlanda.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar kwarantina għal dawk li jiġu minn barra, Dr Abela ċċara li mhux se jkun hemm kwarantina għal dawk li jiġu minn dawn il-pajjiżi, iżda se jkun hemm kwarantina għal min jiġi minn pajjiżi oħra.

Kien iċċarat li ċittadini ta’ pajjiżi oħra, jew dawk li kienu vjaġġaw lejn pajjiż mhux ikkunsidrat sigur, iridu jkunu ilhom erba’ ġimgħat f’wieħed minn dawn id-19-il pajjiż eżatt qabel ma jaslu Malta biex ma jinżammux kwarantina.

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci spjegat li d-19-il pajjiż ġew magħżula abbażi ta’ kemm qed jagħmlu testijiet, il-każijiet li kellhom, u anki l-ammont ta’ mwiet.

Ara hawn il-konferenza:

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-PM Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela iħabbar iktar rilaxx ta' miżuri addottati minħabba s-sitwazzjoni COVID-19. Ix-xandira mistennija tibda' fis-7pm

Gepostet von Television Malta am Montag, 1. Juni 2020

Ara wkoll:

Minn nhar il-Ġimgħa se jiġu rilaxxati kważi l-miżuri kollha, iżda l-maskri se jibqgħu jintlibsu

“Malta rebħet il-gwerra kontra l-Covid-19”

Se jinfetħu l-kumplament tal-ħwienet u ċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar