COVID-19
Ara liema restrizzjonijiet ġew rilaxxati mil-lum

Mil-lum 10 ta’ Mejju jidħlu fis-seħħ numru ta’ rilaxx ta’ miżuri fosthom il-ftuħ tar-restoranti għalkemm dan permess biss sal-5.00 p.m.

L-istess jistgħu jagħmel l-‘snack bars’ li wkoll marbuta bl-istess ħin.

Mil-lum ukoll jerġa’ jibda t-taħriġ tal-isport professjonali waqt li l-isport li fih m’hemmx kuntatt jista’ wkoll ikompli għalkemm mingħajr spettaturi.

Attivitajiet extra-kurrikulari jistgħu jkomplu wkoll, fosthom il-lezzjonijiet tad-duttrina, waqt li s-swieq fil-miftuħ jistgħu jerġgħu jarmaw.

Miżura oħra li qed titneħħa mil-lum hija r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex.