Televiżjoni u Radju
Ara: Lil George Micallef tiftakru jagħmel il-parti ta’ Fredu l-Fra?

L-attur George Micallef, bħal sajjetta fil-bnazzi, ħalla din id-dinja kmieni dalgħodu fl-età ta’ 76 sena.

Is-Sur Micallef, fost l-oħrajn, jibqa’ mfakkar mal-Maltin u l-Għawdxin għall-għadd ta’ produzzjonijiet televiżivi li ħa sehem fihom, u għall-mod ta’ kif kien kapaċi jidħol fil-parti tal-karattri tiegħu qisu mhux hu.

George Micallef beda t-teatru ta’ sitt snin, u aktar tard, saħansitra, waqqaf kumpanija teatrali, il-‘Valletta Dramatic Company’.

Fost l-għadd ta’ produzzjonijiet li huwa ħadem fihom, jibqa’ magħruf l-aktar għal UndercoverDejjem Tiegħek Becky, u Fredu l-Fra.

Fost il-bosta xeni li George Micallef għamel, tvm.com.mt kiseb filmat partikolari grazzi għal Malta Audio Visual Memories. Liema filmat, juri sketch minn Fredu l-Fra, u li jixhed kemm George kien attur prim, b’mod speċjali għall-espressività ġenwina li kien iħaddan fuq is-sett:

Il-funeral ta’ George Micallef se jsir nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar fis-2.00pm, fil-Parroċċa San Pawl Nawfraġu, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar