Kurżitajiet
ARA: Lil uliedek kieku tħallihom jixxabbtu hekk?

Filmat ta’ tifel ta’ madwar tmien snin jiddendel u jixxabbat fil-għoli mingħajr irbit għadu jdur fuq il-midja soċjali iktar minn sena wara li ttella’.

Id-dar ta’ din il-familja barra minn Malta jidher li ġiet attrezzata apposta biex it-tifel ikun jista’ jitla’ minn isfel sa kamartu fis-sular ta’ fuq, u wkoll jerġa’ joħroġ biex imur f’kamra oħra, mingħajr ma jmiss saqajh darba mal-art.

It-tifel iqatta’ żewġ minuti sħaħ imdendel jew sospiż fil-għoli waqt din l-attività ta’ vjaġġar mad-dar bl-użu tas-soqfa u l-ħitan, minflok tal-art.

Filwaqt li kienu ħafna li faħħru lill-ġenituri li jinċentivaw lil uliedhom biex iqattgħu ħinhom jilgħabu b’dan il-mod li jgħinhom jiżviluppaw bosta ħiliet fiżiċi, oħrajn ħassew li dan kien sogru żejjed li jista’ jipperikola l-ħajja tat-tfal.

Segwi l-filmat biex tasal għall-konklużjoni tiegħek:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Niftakar li meta l-iskola konna bdejna l-ewwel lezzjonijiet tal-istorja, kienu jsemmulna Żmien il-Ħaġar u Żmien il-Bronż fost oħrajn. U l-mistoqsija kienet toħroġ waħedha:…

Kurżitajiet

M’hemmx għalfejn wieħed jistenna l-Milied biex jirċievi r-rigal tiegħu għax il-lotterija EuroMillions se titla’ llejla u tista’ tkun fost dawk l-iffortunati li se joħorġu rebbieħa. Ftit tax-xhur ilu, Maria minn Malta rebħet…

Aktar