Barranin
ARA: Ma ndunax x’kien qed jiġrilu waqt konferenza tal-aħbarijiet…

Il-politikant Rudy Giuliani spiċċa fuq fomm kulħadd hekk kif waqt konferenza tal-aħbarijiet ma ndunax b’dak li kien qed jiġrilu.

Taħt il-dwal qawwija, Giuliani deher qed jegħreq sew fejn spiċċa jimsaħ wiċċu b’maktur iżda ma ntebaħx li mal-għaraq kien qed iċarċar ukoll ma’ ħaddejh iż-żebgħa ta’ xagħru.

Giuliani huwa l-avukat personali ta’ Donald Trump u kien qed jitkellem dwar l-andament tal-elezzjoni. Huwa stqarr li Trump xorta rebaħ l-elezzjoni anke jekk tilifha u sostna li kien hemm it-tbagħbis fl-għadd tal-voti.