Annimali
ARA: Ma setgħux jemmnu dak li raw quddiem għajnejhom miexi f’Burmarrad

Jumejn ilu ntlemaħ ċerv għaddej minn Burmarrad.

Kif jidher fil-filmat, iċ-ċerv deher mitluf u mifxul għaddej mit-triq traffikuża ta’ Burmarrad, qalb il-karozzi.

Jidher li dan ħarab mill-Bird Park li jinsab ftit ‘il bogħod fl-akwati tas-Salini.

Fuq il-midja soċjali ttellgħu l-filmati meħudin minn persuni li raw din ix-xena mhux tas-soltu u qalu li fuq il-post, marru l-Pulizija u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien għall-Annimali. Iżda, dawn ma rnexxilhomx jaqbuh bil-konsegwenza li ħarab jiġri fl-għelieqi tad-dintorn.

Xi wħud ikkummentaw li ċ-ċerv inqabad u ttieħed lura f’postu.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Aktar