Barranin
ARA: “Ma tistħux?” Greta Thunberg tagħti ħasla lill-mexxejja politiċi

L-attivista żagħżugħa Greta Thunberg tat ħasla lill-mexxejja politiċi waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Viżibbilment emozzjonata, it-tfajla Żvediża li saret il-wiċċ sinonimu mal-kwistjoni tat-tibdil fil-klima, kellha kliem iebes għall-mexxejja minn madwar id-dinja li attendew l-assemblea.

Hija staqsiet kif il-mexxejja ma jistħux jitkellmu biss fuq it-tkabbir ekonomiku, meta hemm ekosistemi sħaħ li qed jisfaxxaw u d-dinja għaddejja minn estinzjoni tal-massa.