Kultura
ARA: Maħżen tal-festa f’Ħal Luqa jinbidel fi skola tas-sengħa tal-armar

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li laħaq il-qofol tiegħu bil-publikazzjoni ta’ ktieb li jispjega b’mod sempliċi kif isir ix-xogħol relatat mal-armar tal-festi.

Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa sebħet mdawra bi statwi, bandalori u armar tal-festa, anke jekk il-Luqin jiċċelebraw il-festa b’mod differenti mis-soltu. Uħud mill-armar ġie restawrat fl-aħħar xhur minn żgħażagħ li ħadu sehem fi programm ta’ tagħlim dwar is-snajja relatati mal-armar tal-Festi.

Anton Fenech huwa responsabbli mill-armar tal-festa fil-maħżen tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija f’Ħal Luqa. Spjega parti mil-ħidma li titwettaq relatata mal-induratura. “Kont qed nagħti l-ewwel passata xalak fuq l-iskultura li hemm biex din tiġi rifreskata u jkollha d-dehra tad-deheb. Dik hi parti mis-sena tal-induratura.”

Fl-aħħar xhur Anton Fenech kien wieħed minn diversi artisti li qasmu l-għarfien tagħhom maż-żgħażagħ fil-maħżen tal-festa.

Is-Sur Fenech qal li ż-żgħażagħ tgħallmu kif jista jsir l-irħamar u l-isfumar fuq il-pavaljuni u l-bandalori fost oħrajn. “Dejjem għandek iż-żmien biex wieħed jitgħallem u jkollu ċertu esperjenza. Imma fl-aħħar mill-aħħar it-tekniki li jintużaw fl-irħamar u l-induratura jista’ jitgħallimhom kulħadd.”

L-interess fl-armar tal-festa mar lil hinn minn hekk, għax bl-għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, ippubblikaw ktieb li jispjega pass pass kif isir ix-xogħol fl-armar.

Il-President tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija, Charles Attard, qal li dan il-proġett jista jiftaħ opportunitajiet liż-żgħażagħ biex imiddu idejhom u jimirħu f’dawn is-snajja. “L-iskop kien li ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu is-snajjiet biex għada pitgħada huma ukoll ikunu jistgħu jipprattikaw u nżommu t-tradizzjoni tal-armar ħajja.”

Is-Sur Attard iddeskriva l-imħażen tal-armar bħala ċentri ta’ snajja u artiġjanat, u semma kif diversi voluntiera żviluppaw karriera f’oqsma varji. Qal li permezz tal-proġett, armar li sar qabel it-tieni gwerra dinija u li kien twarrab se jingħata nifs ġdid biex jiġi preżervat u jibqa’ jitgawda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar