Barranin
ARA: Mal-2,000 persuna fi Spanja jaħarbu minn darhom minħabba nirien kbar

Ħaddiem tal-protezzjoni ċivili tilef ħajtu, waqt li mal-2,000 persuna kellhom jitilqu minn darhom kawża ta’ nirien kbar li qabdu fil-foresti ta’ Andalusia.

In-nirien f’dan ir-reġjun fin-nofsinhar ta’ Spanja bdew l-Erbgħa, fuq ir-raħal popolari ta’ Estepona f’Costa del Sol. In-nirien komplew jinfirxu, u s’ssa kellhom jiġu evakwati r-residenti fi 11-il raħal u komunitajiet.

Il-Gvern Spanjol bagħat ukoll lill-militar biex jgħin lill-pumpiera jikkontrollaw in-nirien fil-muntanji, fejn s’issa huwa kkalkulat li nħarqu madwar 7,400 ettaru ta’ art.

L-awtoritajiet qed jiddeskrivu dan in-nar bħala wieħed mill-iktar ikkumplikat li qatt raw fl-aħħar snin.