Stejjer Umani
ARA: “Malli erfajtu qabżitli demgħa” – is-Surġent li sab lit-tifel abbandunat

It-tarbija tat-twelid imgeżwra fi qmis ċelesti tħalliet abbandunata fuq l-għatba tal-blokka bl-isem ‘Cyril Court’ fid-daħla ta’ Triq il-Pijunieri f’Buġibba. Il-Pulizija fl-Għassa tal-Qawra ġiet infurmata biha għall-ħabta tal-4pm u kien is-Surġent Glen Carabott li ħaddan it-tarbija miegħu meta refagħha minn fuq l-għatba.

Ma’ TVM is-Surġent Glen Carabott qal li l-ewwel ħsieb li ġieh f’moħħu meta qalulu li nstabet tarbija abbandunata kien li xi tifel/tifla żgħira ħarġet barra u ssakret. Qal li madankollu xħin wasal fuq il-post ra tarbija tat-twelid fl-art. Is-Surġent qal li fis-16-il sena li ilu fil-Korp tal-Pulizija qatt ma ltaqa’ ma’ każ simili.

Viżibilment emozzjonat spjega li xħin wasal u ra dik ix-xena ħa ritratt biex jippriserva l-provi. Qal li xħin refa’ lit-tifel qabadlu sebgħu u dlonk qabiżitlu demgħa.

Is-Surġent kompla jispjega li l-kurdun tat-tarbija kien għadu intatt.

Ara wkoll:

FILMAT ESKLUSSIV: It-tarbija abbandunata tingħata l-isem ta’ Cristiano

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Aktar