
Fil-Ġermanja, mill-inqas erba’ persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu fil-belt ta’ Trier. Fost il-vittmi hemm tarbija ta’ disa’ xhur. Il-pulizija qalu li s-sewwieq, raġel ta’ 51 sena mill-istess reġjun, ġie arrestat. Is-sindku tal-belt ta’ Trier iddeskriva x-xena bħala tal-biża’ u qal li din hija ġurnata sewda għall-belt ta’ Trier.
Tony Gaffiero, Malti li ilu jaħdem u jgħix Trier 16-il sena qal li dan ma jidhirx li kien attentat terroristiku bi sfond Iżlamiku iżda ta’ xi ħadd iddisprat. F’kollegament waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, Gaffiero qal li r-raġel jidher li kien fis-sakra u ilu jgħix fil-karozza għal dawn l-aħħar erbat ijiem. Gaffiero kompla jispjega li r-raġel saq forma ta’ żigużajg b’mod li jista’ jagħmel l-aktar ħsara.
Ara l-intervista sħiħa hawn:
Ara wkoll:
AĠĠORNAT: Tifla fost persuni mejta wara li raġel saq fuq in-nies fil-Ġermanja