Attività
ARA: Maltin jitilgħu sal-quċċata tal-Kilimanjaro għall-karità

Grupp ta’ dsatax-il persuna minn Malta temmew b’suċċess il-missjoni tagħhom fuq il-muntanja Kilimanjaro bi sfida li kellha għan doppju: li jilħqu l-quċċata u biex jiġbru fondi għall-bini ta’ skola fl-Etjopja.

Kienu tmient ijiem ta’ sfida għal dsatax-il xabbatur li sfidaw l-elementi u rnexxielhom iwettqu b’suċċess il-missjoni tagħhom li jitilgħu sal-quċċata tal-muntanja Kilimanjaro fit-Tanzanija, għoli ta’ kważi 6,000 metru.

Jonathan Galea li kien mal-grupp qal li kien hemm mumenti diffiċli sakemm waslu sal-quċċata Uhuru. “L-ewwel sitt ijiem kienu pjuttost impenjattivi biex nitilgħu l-muntanja li fiha kważi 6000 metru meta kellna ġranet li sirna nafu lil xulxin sew u sirna nafu anki l-limiti fiżiċi u mentali tagħna żgur li nistgħu ngħidu li l-iktar lejl diffiċli li kellna kien l-aħħar lejl fejn kellna nqattgħu tmien siegħat nitilgħu l-aħħar elf metru”

Jonathan qal li l-isbaħ mument kien meta intebħu li kien irnexxielhom jagħmlu l-avventura kollha bħala grupp.

“Irnexxielna naslu kollha f’daqqa fil-quċċata nett uhuru peak li ftit nies mill-gruppi kbar ta’qabel irnexxielhom jagħmlu u kuntenti li għamilniha fl-istess ħin bħala grupp wieħed mill-bidu sal-aħħar.”

Zachary Cassar qal li l-mument tal-wasla jinkuruna xhur sħaħ ta’ tħejjijiet fiżiċi u psikoloġiċi biex ikunu jistgħu iwettqu l-missjoni tagħhom b’suċċess.

Qal li s-sens ta’ sodisfazzjon huwa doppju għaliex l-għan tal-missjoni hu filantropiku/ Irnexxielhom jiġbru iżjed minn mitt elf ewro li bihom se jiffinanzjaw il-bini ta’ skola primarja ġdida fil-Bonga, l-Ethiopja.

“Iżda wkoll kburin li għaqqadna l-flus li ovvjament ġbarna ma din ic-challenge biex nibnu din l-iskola primarja fl-Etiopja”

Zachary radd ħajr lil dawk li appoġġjaw il-kampanja tagħhom għall-iskola fejn se jattendu seba’ mitt tifel u tifla.

“In-nies kollha tas-sapport kollu li mhux biss tawna fl-aħħar ġimgħa imma tul din l-aħħar sena fejn aħna bdejna niġbru l-flus u bdejna niġbru d-donations kollha.”

Il-grupp jinsab fi triqtu lejn Bonga, l-Ethiopia fejn se jinawgura l-iskola.

Din kienet it-tlettax-il edizzjoni tal-isfida Kilimanjaro bi proġetti li minn sena għall-oħra huma immirati li jgħinu lil tfal vulnerabbli fil-kontinent Afrikan. S’issa diġà nġabru kważi miljun ewro għal diversi proġetti fil-Kenya u l-Ethiopia.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tibdil fil-klima, il-qerda tal-ambjent naturali tagħna u l-iżvilupp teknoloġiku qanqlu reazzjoni bla preċedent mill-komunità internazzjonali f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, fadal ħafna xi jsir. Hekk kif l-industrija qiegħda tħares ’il quddiem…

Kronaka

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun. L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta…

Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Aktar