Televiżjoni u Radju
Ara: Manila Bottone u The Palace llejla f’ ‘X’sar minnhom?’

Appuntament ieħor ta’ ‘X’sar minnhom?’ ippakkjat b’nostalġija jinsab wara l-bieb. Illejla, il-programm jissokta b’intervista ma’ Manila Bottone li fost l-oħrajn se tiżvela li mhux se ddum wisq ma terġa’ titfaċċa fuq it-televixin bi produzzjoni miktuba minnha stess. Lil Manila bosta jiftakruha fis-sensiela popolari ‘Ma Tinbidel Qatt!’ illi fiha kienet tinterpreta l-parti ta’ Chelsea. Sensiela, li Manila bdiet tħarbixha meta kellha biss 14-il sena.

Imbagħad, illejla wkoll, fit-tieni parti tal-programm ‘X’sar minnhom?’ jerħilha sa The Palace f’Raħal Ġdid. Il-post, li kien il-mekka ta’ bosta gruppi mużikali fl-imgħoddi.

‘X’sar minnhom?’ jixxandar illejla fl-10.05pm fuq TVM.