Stejjer Umani
Ara: Maratona kull sena wara li mietet oħtu ta’ 26 sena

Chris Mamo, ser ifakkar l-memorja ta’ oħtu Tania li miet b’kanċer billi jitla’ u jinżel it-turgġen fid-daħla tal-Belt, b’attività biex jiġbor fondi b’risq l-għaqda Step up for Parkinsons li taħdem ma’ persuni li għandhom din il-marda.

Chris Mamo tilef lil oħtu Tania meta kellha biss 26 sena minħabba kanċer fl-għonq tal-utru. It-telfa tagħha affettwatu ħafna u b’tifkira tagħha kull sena qed jagħmel sfida fiżika biex jgħin persuni li jbatu minn xi mard partikolari.

Chris Mamo qal “when she passed away she gave me the initial boost to work for charities..she’s always going be with me, when things get hard, tired”.

Lil Chris sibnieh jitħarreġ fuq it-taraġ tad-daħla tal-Belt Valletta fejn illum se jwettaq maratona ta’ 12-il siegħa b’risq l-għaqda Step up for Parkinsons. Chris li kellu karriera militari ta’ tnax-il sena mal-armata Ingliża u serva f’diversi gwerer, qal li ilu għal madwar erba’ xhur jitħarreġ biex jagħmel din l-isfida u jiġbor flus għall-għaqda Step up for Parkinsons biex din tkompli twettaq programmi favur min għandu din il-marda.

Chris Mamo qal “I am going continuously climbing up and down, it’s for a good cause, it’s for step up for Parkinsons, an organization I believe in”.

L-attività bil-kollaborazzjoni tal-Malta Community Chest Fund se ssir illum bejn it-8am u t-8pm.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar