Divertiment
ARA: Marċ spontanju fuq il-vapur t’Għawdex

Passiġġiera li lbieraħ qasmu l-fliegu minn Għawdex għal Matla niżlu fl-isfond tad-daqq tal-banda.

Ilbieraħ il-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar kienet mistiedna biex idoqq waqt il-festa ta’ San Ġużepp fil-Qala.

Il-bandisti mhux biss daqqew u ferrħu lin-nies waqt il-festa iżda baqgħu għaddejjin anke fuq il-vapur.

Waqt marċ spontanju, il-bandisti ferrħu lill-passiġġieri. Filmat juri lin-nies jieħdu gost mad-daqq tal-bandisti.