Annimali
ARA: Mart il-PM u Giorgia Mae iżuru santwarju tal-klieb f’Birżebbuġa

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, żaret ix-xelter tal-annimali abbandunati f’Birżebbugia, bħala parti mill-kampanja tagħha favur id-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna.

F’messaġġ wara li daret il-faċilitajiet kollha, is-Sinjura Abela qalet li diġà bdiet diskussjonijiet mal-Ministru Anton Refalo biex tara fejn tista’ tkun ta’ għajnuna, u spjegat l-ideat tagħha għas-snin li ġejjin f’dan is-settur.

Dr Abela faħħret il-ħidma ma tieqaf xejn tal-voluntiera f’dan is-santwarju u ħeġġithom biex ifittxu l-għajnuna tagħha u tal-awtoritaijiet meta jkun hemm diffikultajiet.

Hija għamlet appell biex il-pubbliku jibqa’ jagħti donazzjonijiet, kemm ta’ flus kif ukoll ta’ ikel u prodotti oħra, lis-santwarju, u ħeġġet lin-nies jadottaw kelb meta jkunu ċerti li jistgħu jagħtu l-imħabba u l-kundizzjonijiet dovuti.

Dr Abela offriet donazzjoni f’isem l-organizzazzjoni Malta Together lis-santwarju, u minn naħa tagħhom rappreżentanti tal-AAA taw rigal ċkejken liż-żgħira Giorgia Mae.

L-ewwel żjara tiegħi relatata mal-annimali

Flimkien ma’ Giorgia daloghdu żort is-santwarju tal-AAA fejn flimkien mal-voluntiera rajt l-istat li jinżamm il-post u smajt dak li kellhom x'jgħiduli dawk li jgħixu din ir-realta ta kuljum.Kif wegħdt fl-ewwel ftit jiem li okkupajt dan ir-rwol ser nagħmel ħilti kollha biex id-drittijiet tal-annimali jieħdu prominenza fis-soċjetà Maltija tal-llum.Association for Abandoned Animals | Malta Together | Moira Delia

Gepostet von Lydia Abela am Freitag, 15. Mai 2020