Lokali
ARA: Mat-30 pazjent qed jistennew bi ħġarhom it-tieni Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ – mart Bjorn

It-tieni Dar Bjorn hija dar ikbar f’Ħaż-Żebbuġ, bil-għan li tilqa’ iktar pazjenti u se tkun tinkludi s-servizzi kollha li ma setgħux jingħataw fl-ewwel dar.  Il-proġett għadu jrid jibda għax id-dar trid titwaqqa’ u tinbena mill-ġdid.

Maria, mart Bjorn Formosa, fundatur tal-ALS Malta, qalet fil-programm Waranofsinhar li t-tieni dar hija ppjanata li tilqa’ 30 pazjent, li bħalissa jinsabu fuq il-lista ta’ stennija biex jingħataw kura speċjalizzata għall-ALS.

Bħalissa hemm 13-il persuna f’Dar Bjorn, f’Ħal Qormi, liema dar fetħet is-sena li għaddiet fuq xewqa ta’ Bjorn, b’investiment li sar mid-donazzjonijiet tan-nies u bl-għajnuna tal-Gvern.  Bjorn għadu kif għamel operazzjoni kbira u kienet trawma għalih.

Ara x’qalet Maria dwar ix-xogħol li qed isir mill-ALS, minn Dar Bjorn u x’hemm ippjanat għat-tieni Dar Bjorn f’din l-intervista waqt Waranofsinhar.

Ara wkoll:

Dar Bjorn tiftaħ il-bibien għal 13-il persuna li jbatu mill-ALS

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ filgħaxija l-GRTU qalet li xi membri tagħha li ssieħbu fi ftehim esklussiv ta’ franchising mal-Enemed ġew mhedda minn uffiċjali tal-kumpanija li jekk jieħdu sehem fl-azzjonijiet ikun hemm riperkussjonijiet fuqhom….

Lokali

Il-President Marie Louise Coleiro Preca bdiet żjara statali fit-Turkija. Akkumpanjata mill-Ministri Carmelo Abela, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President qed tmexxi delegazzjoni tan-negozju magħmula…

Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Aktar