Barranin
Ara: May irrabjata – Juncker jipprova jikkalmaha

Qabel skatta t-tieni jum ta’ summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker deher jipprova jikkalma lill-Prim Ministru Theresa May li f’filmat imxandar dehret urtata għall-kummenti li ta f’konferenza tal-aħbarjiet ilbieraħ filgħaxija.

Il-President Juncker ħeġġeġ lir-Renju Unit biex ikun iżjed ċar meta jiltaqa’ mal-blokk Ewropew dwar il-ftehim tal-Brexit. Qal li l-Renju Unit jeħtieġ jgħid x’jeħtieġ hu, minflok jistaqsi xi trid l-Unjoni Ewropea.

Il-President Juncker qal li fil-ġimgħat li ġejjin, ir-Renju Unit għandu jiċċara l-aspetazzjonijet tiegħu għax id-dibattitu bejn iż-żewġ naħat ma kienx qed ikun dejjem preċiż.  Jidher li l-Prim Ministru May ma ttolleratx dawn il-kummenti biż-żewġ mexxejja jidhru ras imb ras jargumentaw. 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li qabeż minn gallarija fil-11-il sulsar ta’ cruise liner li kien sorġut fil-Bahamas jista’ jgħoddha b’waħda, hekk kif ħeles biss bi ftit uġigħ. Wara l-episodju Nick Naydev, Kanadiż ta’…

Barranin

Il-kumpanija ferm popolari tal-fast food, McDonald’s, tilfet it-trademark tal-Big Mac f’battalja legali ma’ kompetitur Irlandiż. Fil-Qorti, il-Kumpanija Irlandiża Supermac tkellmet dwar kif il-kumpanija Amerikana McDonald’s serqet it-trademark tagħhom. Pat McDonagh,…

Barranin

Il-Ġermanja qed tikkunsidra li timblokka lill-kumpanija Huawei minn fuq in-network 5G. Dan hekk kif il-pajjiż qed jesplora regolamenti tas-sigurtà aktar stretti, li permezz tagħhom il-prodotti tal-Huawei ma jkunux jistgħu jintużaw…

Aktar