Televiżjoni u Radju
Ara: Mekka għall-artisti li spiċċat abbandunata – dan u aktar f’ ‘Il-Muxrafija’ llum

Bħal kull nhar ta’ Ħadd aktar tard illum ‘Il-Muxrafija’ se jlaqqa’ ‘l-pubbliku ma’ għadd ta’ postijiet ta’ interess u li magħhom hemm marbutin bosta għajdut u rakkonti mhux daqstant magħrufa.

Illum, partikolarment, tingħata ħarsa lejn l-istorja li hemm wara Villa Mystique fil-Madliena. Struttura abbandunata, li fl-imgħoddi kienet il-mekka għall-artisti żgħażagħ.

Mhux bogħod wisq mill-Madliena, ‘Il-Muxrafija’ mbagħad se jżur ir-Razzett tax-Xjaten fil-Mellieħa biex jiskopri kif dan ir-razzett ħa din il-fama mhux tas-soltu.

Illum ukoll, f’Wied il-Għajn se tingħata ħarsa lejn l-istejjer strambi li hemm marbuta ma’ tlett islaleb li jinsabu qalb l-għelieqi.

‘Il-Muxrafija’ jixxandar illum fil-5.30pm fuq TVM.