Barranin
ARA: Melania Trump tgħid li l-vjolenza qatt mhi s-soluzzjoni

Bħalissa d-dinja titfa’ ħarsitha fuq l-Amerka, hekk kif għada fl-Istati Uniti sseħħ l-inawgurazzjoni tal-Presidenza ta’ Joe Biden.

Filwaqt li Joe Biden u Kamala mistennija jieħdu t-tmun tal-Istati Uniti f’idejhom, Donald Trump u Melania Trump huma wkoll fiċ-ċentru ta’ dak li għaddej bħalissa.

Fl-aħħar messaġġ tagħha, Melania Trump qalet li kien ta’ unur għaliha li sservi bħala l-First Lady tal-Istati Uniti. Waqt li ħeġġet li n-nies biex dak li jagħmlu, jagħmluh b’passjoni, Melania Trump qalet biex wieħed dejjem iżżomm f’rasu li l-vjolenza mhix is-soluzzjoni u qatt mhi ġġustifikata.

Intant, qed jiġi rrapportat li Melania Trump ma stednitx lil Jill Biden, li se tkun il-First Lady, għall-mixja, liema mixja saret tradizzjoni meta jkun hemm bidla fil-poter. Qed ikun irrapportat ukoll li la Melania Trump u lanqas Donald Trump mhu se jattendu għall-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden u Kamala Harris.