Knisja Maltija
ARA: Merħba żagħżugħa lill-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex

Fl-okkażjoni tal-Ingress tal-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex, Monsinjur Anton Teuma, li sar il-bieraħ fil-Katidral ta’ Għawdex il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ nieda kanzunetta oriġinali “Ibqa’ magħna”, kompożizzjoni ta’ Francesco Pio Attard u b’mużika ta’ Richard Grech.

Il-kliem hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws “U baqa’ miexi magħhom”.

CVC Media pproduċew vidjo għal din il-kanzunetta li tistgħu ssegwu permezz tal-filmat ma’ dan l-artiklu.

 

Ibqa’ magħna

 

Fit-triq sibtna niġru mifxula

bla nafu tassew fejn sejrin,

ġejt f’nofsna u l-bqija mxejt magħna,

fik qlubna ħassejna mħeġġin.

 

Int Kelma li tlaħħmet għalina,

sirt ikel għal min hu bil-ġuħ,

dħalt għandna mal-mejda għall-festa,

l-Ispirtu sawwabt fuq kull ruħ.

 

Ibqa’ magħna, Mulej, fi triq ħajjitna,

irgħa l-merħla li fdejt b’demmek l-għażiż,

ikkonsagra dar-Ragħaj li għażiltilna,

(dewqu l-ħlewwa ta’ mħabbtek il-piż),

b’dehnek żejnu ħa jtik poplu qaddis.

 

Mimlija bil-qawwa ta’ Kelmtek

lil ħutna bit-tama nixegħlu,

fid-dinja noħorġu bla biża’

inħabbru l-ferħ tal-Vanġelu.

 

Mitmugħa bil-Ħobż li qsamtilna

tibgħatna mill-ġdid pellegrini

indewwu l-ġrieħi tad-dgħajfa,

inġarrfu ħitan u konfini.

 

Ibqa’ magħna…

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar