Televiżjoni u Radju
Ara: Messaġġ mingħand Eliana qabel il-finali

Eliana bħalissa lesta u preparata biex titla’ fuq il-palk tal-Arena Gliwice fil-Polonja fejn ser tkun qiegħda tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest.

Matul din il-ġimgħa kellha numru ta’ attivitajiet u provi li wassluha għal din il-ġurnata tant importanti għaliha.  Eliana ser tkun qed tkanata fit-8 post, il-kanzunetta ‘We Are More, fejn ser ikollha spettaklu ta’ kuluri fuq il-palk.

Kellha ħafna support din il-ġimgħa minn ħafna nies u għalhekk qabel titla’ fuq il-palk iddeċidiet li tibgħat dan il-messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi… il-votazzjoni tibqa’ miftuħa sal-16:00 imbagħad terġa’ tiftaħ għal ftit ħin wara li l-kanzunetti jkunu tkantaw kollha.

Il-Junior Eurovision Song Contest ser ikun qiegħed jixxandar LIVE fuq TVM fl-16:00. Tista’ ssegwih ukoll onlajn HAWNHEKK

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Eurovision

Fl-isfond tal-hekk imsejħa normalità ġdida li lkoll qed ngħixu fiha l-European Broadcasting Union, l-EBU, f’dawn l-aħħar jiem aġġornat ir-regolamenti tal-Eurovision Song Contest għall-edizzjoni li jmiss bil-għan li l-festival jibqa’ miexi…

Aktar