
Trasport
ARA: ‘Meta jkollok annimal miegħek fil-karozza kun ċert li għandek kontroll totali fuq is-sewqan’
F’filmat promozzjonali, Transport Malta ħarġet twissija rigward sewqan bl-annimali fil-vettura.
Intitolat ‘Malta Suq Bil-Galbu’, Transport Malta qalet li huwa importanti ferm li meta wieħed ikollu miegħu xi annimal fil-vettura, dan għandu jassigura li dawn ikunu marbuta bl-aktar mod sigur, u li x-xufier ikollu kontroll totali fuq is-sewqan tiegħu.
Tista ssegwi l-filmat qasir billi tagħfas fuq il-link t’hawn taħt:
#MaltaSuqBilGalbu When carrying animals in your car, make sure that they are safe, and that you are in total control of your driving. pic.twitter.com/nn4AwHskFH
— Transport Malta (@TransportMalta) February 11, 2021